top of page

Ġranċ b’Tubu tal-Karti 🦀

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Aug 27, 2024
  • 1 min read

✅ Għandek Bżonn:

  • kartonċina ħamra

  • tubu tat-toilet paper

  • imqass

  • kolla

  • markers

  • googly eyes

  • pipe cleaners

 


📑 Istruzzjonijiet:

  1. Aqta' forom fuq il-kartonċina l-ħamra skont ir-ritratti mehmużin hawn taħt.

  2. Waħħal kartonċina ħamra mad-dawra tat-tubu tat-toilet paper.

  3. Waħħal żewġ googly eyes fuq iċ-ċrieki li ġa qtajt u waħħalhom b'kollox fuq it-tubu tat-toilet paper.

  4. Bil-markers, pinġi ħalq, u ftit nemex.

  5. Daħħal pipe cleaner fuq ix-xellug tat-tubu, u oħorġu mill-lemin biex tagħmel id-driegħ. Weħħel ukoll l-idejn (li diġa għamilt bil-kartonċina l-ħamra) mad-driegħ.

  6. Weħħel ukoll is-saqajn tal-ġranċ (li diġa għamilt bil-kartonċina l-ħamra) ftit 'l fuq mill-qiegħ tat-tubu tat-toilet paper.


 

 

 

 

Comments


bottom of page