Ġelat tal-Frawli 🍓
- ghalikukoll
- Jul 3
- 1 min read

✅ Ingredjenti:
285g krema tal-ħalib
160g yoghurt ħafif tal-frawli
200g frawli friski
3 mgħaref għasel
50g ċikkulata bajda mqattgħa
50g ċikkulata imqattgħa (mhux bajda)
📑 Metodu:
Ħabbat fil-mixer il-krema għal 4 minuti.
Żid il-yoghurt u ħabbat ukoll.
Naddaf, aħsel, u qatta’ l-frawli f’biċċiet ċkejkna.
Żid l-għasel u l-frawli mal-krema fil-mixer u ħabbat għal 2 minuti.
Żid iċ-ċikkulata mqattgħa u ħawwad b’idejk.
Ferra’ f’kontenitur li ma jgħaddix ilma minnu u iffriża għal sagħtejn.
Oħroġ il-kontenitur u ħawwad it-taħlita mill-ġdid b’idejk.
Għatti u ffriża mill-ġdid.
Servi bil-gallettini favoriti tiegħek
Addattata mis-sit: https://newsbook.com.mt/gelat-tal-frawli-friski-ghasel-u-jogurt/
Comments