top of page

Ġelat tal-Frawli 🍓 

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jul 4, 2024
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

  • 285g krema tal-ħalib

  • 160g yoghurt ħafif tal-frawli

  • 200g frawli friski

  • 3 mgħaref għasel

  • 50g ċikkulata bajda mqattgħa

  • 50g ċikkulata tal-ħalib imqattgħa

 

📑 Metodu:

  1. Ħabbat fil-mixer il-krema għal 4 minuti.

  2. Żid il-yoghurt u ħabbat ukoll.

  3. Naddaf, aħsel, u qatta’ l-frawli f’biċċiet ċkejkna.

  4. Żid l-għasel u l-frawli mal-krema fil-mixer u ħabbat għal 2 minuti.

  5. Żid iċ-ċikkulata mqattgħa u ħawwad bl-idejn biss.

  6. Ferra’ f’kontenitur li ma jgħaddix ilma minnu u iffriża għal sagħtejn.

  7. Oħroġ il-kontenitur u ħawwad it-taħlita mill-ġdid b’idejk.

  8. Għatti u iffriża mill-ġdid.

  9. Servi bil-gallettini favoriti tiegħek

 

 

Comments


bottom of page