Xemx bi Platt tal-Karti 🌞
- ghalikukoll
- Jul 30, 2024
- 1 min read

✅ Għandek Bżonn:
platt tal-karti miżbugħ isfar
żebgħa safra
ħajt isfar
żibeġ ikkuluriti
kartonċina safra
Â
📑 Istruzzjonijiet:
Iżbogħ il-platt tal-karti b’żebgħa safra.
Pinġi ċirku fuq il-platt u aqtgħu.
Taqqab diveri toqod mad-dawra tal-platt biex tkun tista' tgħaddi il-ħajt minnu.
Għaddi l-ħajt minn toqba għall-oħra, sakhemm tkun għaddejtu minn kull toqba.
Tista' żżid ukoll ftit żibeġ mal-ħajt biex tkompli ssebbaħ ix-xemx tiegħek.
Aqta' 6-9 trijangoli mill-kartonċina s-safra, u weħħilhom fuq wara tal-platt.
Â
Â
Comments