top of page

Trifle taċ-Ċikkulata u l-Kafè ☕

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jan 30
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

  • 40g ċikkulata skura

  • 300ml custard tal-vanilla

  • 80ml kafè espresso

  • mgħarfa brandy

  • 2 imgħaref liqueur tal-kafè

  • 200g sponge lixxa


 

📑 Metodu:

  1. Kisser iċ-ċikkulata u poġġiha f’bieqja fuq kazzola bl-ilma jagħli (banjumarija). Baxxi n-nar biex il-misħun jibqa’ jtektek sakemm tinħall iċ-ċikkulata. Neħħi minn fuq in-nar u ħalliha tibred ftit. Ħu 2 imgħaref miċ-ċikkulata maħlula u fuq biċċa kartaforn oħloq 2 disinni billi ‘tħażżeż’ biċ-ċikkulata li tinżel mill-imgħarfa. Ħalli l-forom jagħqdu u jiksħu kompletament fuq il-karta stess u hekk kif tkun se tużahom aqlagħhom bil-mod minn mal-karta.

  2. Maċ-ċikkulata li fadal żid il-custard u ħallathom flimkien.

  3. Ħallat il-kafè mal-liqueur tal-kafè u l-brandy. Qatta’ l-isponge f’dadi żgħar u poġġihom f’bieqja baxxa. Ferra’ t-taħlita tal-kafè fuq l-isponge biex tixxarrab għal ftit minuti.

  4. F’żewġ tazzi, ibda l-ewwel billi tpoġġi ftit mill-custard taċ-ċikkulata fil-qiegħ ta’ kull tazza, imbagħad saff sponge Kompli alterna sakemm tispiċċa b’saff custard. Kessaħ għal 30 minuta, u servi mżejjen bid-disinn taċ-ċikkulata.

 

Comentários


bottom of page