top of page

Trifle biċ-Ċirasa u l-Ġewż tal-Indi 🍒

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Oct 3, 2024
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

  • 500ml ħalib

  • 50g cornflour

  • 60g ġewż tal-indi mfarrak

  • ¼ kikkra zokor

  • 260ml krema tal-ħalib

  • 2 kuċċarini icing sugar

  • 24 Savoiardi biscuit

  • 85g jelly taċ-ċirasa (imħallat ma’️ kikkra ilma jaħraq u kuċċarina liqueur tal-bajtar)

 

📑 Metodu:

  1. Ġo kazzola itfa’ l-ħalib, il-cornflour u z-zokkor. Ħawdu sew u saħħan fuq nar medju. Ibqa’ ħawwad sakemm il-ħalib jagħqad.

  2. Itfa’ l-ġewż tal-indi mfarrak u ħawwad.

  3. Għatti bl-istretch and seal (agħfasha mat-taħlita ħalli ma titrabbhiex skorċa) u ħallih jiksaħ.

  4. Itfa’ l-icing sugar u l-krema tal-ħalib u b’mixer ħawwad sakemm il-krema titwaqqaf.

  5. Żid mal-krema tal-ġewż tal-indi u ħawwad sew.

  6. Bill is-Savoiardi fil-jelly u agħmel saff ġo dixx 20ċm x 20ċm. Agħmel saff krema tal-ġewż tal-indi. Saff ieħor Savoiardi mbillin fil-jelly. Saff ieħor krema tal-ġewż tal-indi. Fil wiċċ tat-trifle roxx ftit frak taċ-ċikkulata.

  7. Ħalli fil-friġġ għal matul il-lejl.

 

Comments


bottom of page