top of page

Siġra tal-Milied bl-Istikek tal-Injam 🎄

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Dec 3, 2024
  • 1 min read

✅ Għandek Bżonn:

  • stikek tal-injam

  • kartonċina kannella

  • kartonċina safra

  • dekorazzjonijiet bħal pom poms, glitter, buttuni...

  • spag

  • imqass

  • kolla



📑 Istruzzjonijiet:

  1. Aqta' madwar 2.5ċm minn waħda mill-istikek, biex tuża l-biċċa l-kbira bħala l-biċċa t’isfel tas-siġra.

  2. Weħħel l-istikka li qtajt, u tnejn oħra sħaħ flimkien biex tifforma trijangolu.

  3. Weħħel biċċa spaga fuq in-naħa ta' fuq biex ikollok minn fejn iddendel is-siġra.

  4. Fuq il-kartonċina s-safra, pinġi u aqta’ stilla, u weħħilha fuq il-ponta ta' fuq tas-siġra tiegħek.

  5. Fuq il-kartonċina l-kannella, pinġi u aqta’ kaxxa żgħira, u weħħilha bħala bażi għas-sipra.  

  6. Żejjen is-siġra tiegħek b'dekorazzjonijiet tal-għażla tiegħek.




Comentarios


bottom of page