top of page

Santa Marija Maddalena ⚱

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jul 13, 2024
  • 1 min read

Santa Maria Maddalena twieldet fir-raħal ta’ Magdala, fil-Galilija. Huwa għalhekk li hija magħrufa wkoll bħala ‘Maria ta’ Magdala’ hekk kif kienet tgħammar f’dan ir-raħal.


Ftit hu magħruf dwarha u dwar il-familja tagħha, hekk kif kull ma nafu dwarha sirna nafuh permezz tal-Vanġelji. Marija Maddalena hija l-aktar magħrufa għall-assoċjazzjoni mill-qrib tagħha ma’ Ġesù.


Fil-Vanġelji tagħhom, San Mark u San Luqa jgħidulna li darba waħda Ġesù keċċa seba’ xjaten minnha, u dan ġiegħlha tkabbar il-fidi u l-impenn tagħha lejn Ġesù. Marija ta’ Magdala terġa tissemma meta’ Ġesù kien qiegħed imut fuq is-salib, fejn flimkien mal-Madonna u ma’ xi dixxipli oħra kienet qiegħda taħt is-salib.


F’Ħadd il-Għid, hi marret filgħodu kmieni ħdejn il-qabar u nħasdet bil-kbir meta sabitu miftuħ u ma ratx il-ġisem ta’ Ġesù ġo fih. Minflok, fil-post fejn kienu qegħdu lil Ġesù hi rat żewġ anġli libsin l-abjad li staqsewwha għalfejn kienet qiegħda tibki. Hi daret lura u rat lil Ġesù, iżda għall-ewwel ħasbitu l-ġardinar. Imma malli Ġesù sejħilha b’isimha hi għarfitu mill-ewwel, u fuq talba tiegħu, marret tħabbar il-qawmien mill-mewt tiegħu ma’ kulħadd.


Id-devozzjoni lejn Marija Maddalena xterdet għall-ħabta tas-seklu XII, u l-festa tagħha hija ċċebrata kull sena fit-22 ta’ Lulju. F’Malta għandna wkoll knejjes iddedikati għaliha fil-Belt Valletta, f’Ħad-Dingli, u fil-Madliena.

 


Verżjoni Video:









Comments


bottom of page