Santa Marija Goretti š
- ghalikukoll
- Jul 6, 2024
- 2 min read
Updated: Jul 9, 2024

Santa Marija Goretti twieldet fāCorinaldo, l-Italja, fl-1890. Hi kienet tagħmel parti minn familja fqira taā sebat itfal, u għalhekk qatt ma marret skola u ma kinitx taf tikteb u taqra.
Ā
Meta kellha madwar disaā snin, il-familja tagħha marret toqgħod fil-belt taā Nettuno, qrib Ruma, fejn sena wara miet missierha. Għal xi żmien, il-familja Goretti kienet taqsam id-dar tagħha maā familja oħra. Wieħed mit-tfal tal-familja l-oħra, Alessando Serenelli, li kellu tmintax-il sena, kien spiss iħajjar lil Marija għad-dnub, iżda hi kienet dejjem tiqaflu.
Ā
Darba waħda, fil-5 taā Lulju tal-1902, waqt li Marija kienet qiegħda tħit, Alessandro mar fuqha u ttanta jieħu kunfidenza magħha. Bħas-soltu, Marija ma beżgħatx tgħidli le u spjegatlu li dak kien dnub kontra l-pjan taā Alla. Madankollu, minkejja d-deÄiżjoni tagħha, Alessandro Ä”iegħel lil Marija, u meta ra li baqgħet tirreżistih u bdiet tgħajjat għall-għajnuna, beda jattakkaha bāmod vjolenti.
Ā
Dakinhar Marija spiÄÄat l-isptar fejn it-tobba ħadmu għal sigħat sħaħ biex isalvawlha ħajjitha. Però, sfortunatament Marija mietet l-għada fil-preżenza tāommha. Qabel ma mietet, hija ħafret lill-Alessandro taā dak li kien għamlilha, u esprimiet ix-xewqa tagħha li metaā jasal iż-żmien tiegħu, huwa wkoll ikun magħha fis-sema.
Ā
Wara l-mewt taā Marija Alessandro kien ikkundannat tletin sena ħabs. Għal xi żmien, meta kien għadu ma nidimx, hu kien joħlom u jara viżjonijiet taā Marija taqtaā l-fjuri u toffrihomlu. Dawn id-dehriet tant laqtu lil Alessandro li Ä”iegħluh ibiddel ħajtu u jindem. Meta ħareÄ” mill-ħabs, huwa mar dritt għal għand omm Marija u talabha taħfirlu. Wara dan, huwa daħal ukoll Fratell mal-Patrijiet KapuÄÄini.
Ā
L-istorja taā Marija malajr bdiet tinxtered u wara li bdew isiru l-mirakli għat-talb tagħha, il-Papa Piju XII ikkanonizzaha fil-25 taā Lulju tal-1950. Għall-kanonizzazzjoni tagħha attendew iktar minn 250,000 persuna, u fosthom kien hemm ommha, tlieta minn ħutha, u Alessandro taā 66 sena li intlemah għarkupptejh jibki dmugħ taā ferħ.
Ā
Verżjoni Video:
Comentarios