top of page

Santa Margerita 🐲

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jul 20, 2024
  • 1 min read

Santa Margerita twieldet madwar is-sena 289 W.K. f’Antijokja. Ommha mietet ftit wara li twieldet, u missierha kien qassis pagan.


Għalhekk, Margerita trabbiet mill-infermiera tagħha Theotimus, mara devota, li minnha tgħallmet il-Kristjaneżmu. Meta missierha sar jaf dwar dan, hu keċċieha mid-dar, iżda b’xorti tajba Ä”iet addottata minn Theotimus.


Darba waħda, meta ż-żagħżugħa Margerita kienet impenjata tieħu ħsieb il-merħliet tal-gwardjan tagħha ma sħaba, hi Ĕiet maqbuda minn prefett Ruman jismu Olybius. Olybius, attirat mis-sbuħija tagħha ordna lill-qaddejja tiegħu biex jaħtfuha hekk kif xtaq jiżżewwiĔha. Margerita ma riditx tiżżewĔu, u meta Olybius sar jaf li kienet Kristjana u ma riditx tikkonverti, hu tefagħha l-ħabs.


Fil-ħabs, hi Ä”iet ittorturata b’diversi modi, iżda hi baqgħet titlob u dawn it-torturi ħallewha bla ħsara. Wara dan, hi u diversi konverti oħrajn Ä”ew maqtula bil-qtugħ ta’ ras mill-Imperatur Djoklezjanu f’madwar is-sena 304.Ā  Margerita indifnet f’Antijokja stess, iżda aktar tard, il-fdalijiet tagħha ttieħdu fl-Italja fejn Ä”ew mqassma f’diversi santwarji f’Montefiascone u Venezja.


Waqt li kienet qiegħda tmut, hi talbet li meta n-nisa jkunu qegħdin iweldu u jitolbu lilha, huma jweldu b’mod sigur lil uliedhom. Għalhekk, hija magħrufa bħala l-qaddisa patruna tan-nisa tqal. Santa Margerita hija magħrufa wkoll bħala waħda mill-14-il qaddis awżiljatur li huma magħrufa għall-abbiltĆ  speċjali tagħhom biex jaqbżu għan-nies.


Il-parroċċa tas-Sannat f’Għawdex hija ddedikata lilha. Santa Margerita tinsab miqjuma wkoll fil-monasteru tat-Terżjani f’Bormla, u f’xi kappelli oħrajn iddedikata lilha f’postijiet bħas-SiĔĔiewi u l-Mosta.

Ā 


Verżjoni Video:










Kommentare


bottom of page