top of page

Santa Katerina Drexel šŸ¤šŸ¾

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Mar 1
  • 2 min read

Katerina Marija Drexel twieledet fi ħdan familja nobbli fis-26 ta’ Novembru tal-1858, f’Filadelfja, l-Istati Uniti. Ommha mietet xahar wara li twieldet, u ftit wara li romol, missierha żżewweÄ” lil mara Kattolika oħra li rabbiet lil Katerina u lil oħtha fil-fidi. Minkejja li l-familja tagħha kienet sinjura, l-Ä”enituri tagħha rawwmu fiha sens qawwi ta’ responsabbiltĆ  lejn dawk fil-bżonn, anke minħabba l-fatt li missierha kien jgħin ħafna lill-Amerikani Nattivi.

Ā 

Ta’ 28 sena hija mardet, u dan iż-żmien għenha biex tirrifletti aktar dwar xi xtaqet tagħmel b’ħajjitha. Wara li rkuprat mill-marda, Katerina ħasset Ä”ibda qawwija lejn is-servizz reliÄ”już u x-xewqa li tgħin lill-komunitajiet emarÄ”inati kompliet tikber. Iżda, l-qagħda soċjali tagħha żammitha lura milli tħaddan bis-sħiħ ħajja ta’ servizz reliÄ”już. Fl-1887, wara li rat b’għajnejha l-qagħda mwiegħra tal-Amerikani Nativi waqt żjara fil-Punent tal-Istati Uniti, Katerina ħassitha determinata biex tgħinhom, u bl-għajnuna ta’ ommha tar-rispett ddedikat ħajjitha għax-xogħol missjunarju.

Ā 

Ta’ 33 sena, hija waqqfet l-ordni tas-Sorijiet tas-Santissimu Sagrament, bl-iskop li taqdi lil komunitajiet Amerikani Nattivi, u Afrikani Amerikani. Katerina użat ammont ta’ flus sostanzjali li kienet wirtet wara l-mewt tal-Ä”enituri tagħha biex tiftaħ skejjel, missjonijiet, u knejjes biex tipprovdi edukazzjoni u gwida reliÄ”juża lil dawn il-komunitajiet emarÄ”inati. Hija fetħet ukoll universitĆ  ddedikata lil San FranÄ”isk Saverju f’Louisiana, l-ewwel universitĆ  kattolika għall-Afrikani Amerikani fl-Istati Uniti.

Ā 

Wara li taha attakk tal-qalb fl-1935, hija rtirat mill-irwolijiet tagħha u marret fl-infermerija tal-kunvent. Tul ħajjitha, Drexel stabilixxiet aktar minn 60 missjoni u skola, u qattgħet ħajjitha taħdem favur il-Ä”ustizzja soċjali. Hija mietet fit-3 ta’ Marzu 1955, f’Cornwell Heights Ä”ewwa Pennsylvania.

Ā 

Il-Papa Ä wanni Pawlu II ddikjaraha beata fl-1988, u iktar tard fl-2000, l-istess Papa ddikjaraha bħala t-tieni qaddisa mill-Amerka. Il-festa tagħha hija ċċelebrata fit-3 ta’ Marzu, u hija magħrufa wkoll bħala l-qaddisa patruna tal-Ä”ustizzja razzjali, tal-missjunarji, u tal-popli nattivi.

Comments


bottom of page