top of page

Sant'Antnin ta' Padova 🔍

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jun 8, 2024
  • 1 min read

Updated: Jun 23, 2024

Fernando Martins de Bulhões twieled fl-1195 fil-belt Portugiża ta’ Lisbona. Ta’ ħmistax-il sena daħal mal-Kanoniċi Regolari ta’ Santu Wistin iżda wara ftit ġie mibgħut f’Koimbra fejn studja sew l-Iskrittura u s-Santi Padri.


Fl-1221, ispirat mill-martirju ta’ ħames missjunarji Franġiskani fil-Marokk, Fernando ħalla lill-Agostinjani u ngħaqad mal-Franġiskani fejn ħa l-isem Anton. Fil-ħarifa tal-istess sena telaq lejn il-Marokk. Hemmhekk marad, u wara ftit xhur kellu jirritorna lejn pajjiżu, iżda billi l-vapur li kien fuqu ltaqa’ ma’ tempesta, flok il-Portugall sab ruħu Sqallija ġo Messina.


Minn Messina mar Assisi fejn iltaqa’ ma’ San Franġisk t’Assisi. Minn hemm mar Montepaulo mal-Provinċjal fejn għex ħajja ta’ ġabra. Malajr kiseb reputazzjoni għall-ippritkar qawwi tiegħu u l-għarfien profond tal-iskrittura, tant li San Franġisk ħatru biex jgħallem it-teoloġija lill-patrijiet l-oħrajn. Huwa prietka wkoll f’postijiet bħal Spanja, Franza, u anki f’Ruma fl-1228 meta prietka quddiem il-Papa Piju XII.


Ħafna jgħidu wkoll li Sant’Antin kien jagħmel il-mirakli biex jgħin lin-nies isibu oġġetti mitlufa, tant li llum huwa magħruf bħala l-qaddis patrun tal-affarijiet mitlufa.


Huwa miet fit-13 ta’ Ġunju 1231 f’Padova l-Italja. Ġie kkanonizzat inqas minn sena wara mill-Papa Girgor IX. Fl-1946 il-Papa Piju XII ipproklamah Duttur tal-Knisja. Sant’Antnin hu meqjum ħafna fil-Bażilka li bnewlu l-Franġiskani Konventwali f’Padova, fejn hemm il-fdalijiet tiegħu.



Verżjoni Video:




Comentários


bottom of page