top of page

San Ġustinu 📚

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • May 31
  • 1 min read

San Ġustinu twieled madwar is-sena 100 f’Nablus, is-Sammarija.

 

Għall-ewwel hu pprova jfittex l-għerf u l-verità permezz ta’ diversi skejjel filosofiċi, imma qatt ma ħassu sodisfatt. Darba waħda, meta kien fl-Eġittu, iltaqa’ ma’ raġel xiħ Nisrani, u dan tah ħjiel li r-Reliġjon Nisranija setgħet twieġeb tajjeb għall-mistoqsijiet li kienu qed jinkwetawh, l-iżjed dwar l-eżistenza u l-ħajja. Din il-fidi ħajja tal-Insara, flimkien mal-istudju li kien beda jagħmel tal-iskrittura, ġabu fih il-konverżjoni tiegħu. Hu tgħammed ta’ 30 sena, u hekk sar l-ewwel filosofu Nisrani.

 

Ġustinu kompla jsiefer minn post għall-ieħor fejn għallem u ddefenda b’ħila kbira u b’kuraġġ kbir r-reliġjon Nisranija f’bosta postijiet bħal f’Ruma fejn waqqaf skola. Huwa kiteb ukoll diversi kitbiet u apoloġiji indirizzati lill-awtoritajiet Rumani fejn kompla jiddefendi l-fidi Nisranija.

 

F’madwar is-sena 165, matul ir-renju tal-Imperatur Marku Awrilju, Ġustinu u xi nsara oħra ġew arrestati u kkundannati għall-mewt wara li rrifjutaw li joffru sagrifiċċju lill-allat f’Ruma. Illum il-ġurnata, l-knisja kattolika tagħraf lil San Ġustinu bħala qaddis martri, u l-festa tiegħu hija ċċelebrata kull sena fl-1 ta’ Ġunju. Huwa magħruf ukoll bħala l-qaddis patrun tal-apoloġisti, u l-letturi.

Kommentare


bottom of page