San Xmun 🗡️
- ghalikukoll
- Oct 26, 2024
- 1 min read
Updated: Nov 24, 2024

San Xmun, magħruf ukoll bħala Xmun iż-Żelota kien wieħed mit-tnax-il appostlu ta’ Ġesù. Il-laqam ‘iż-Żelota’ jista’ jimplika li xi darba hu kien jagħmel parti minn moviment politiku li fittex li jeħles lill-Lhudija mill-okkupazzjoni Rumana. Iżda wara li ltaqa’ ma’ Ġesù, il-ħejja ta’ Xmun inbidlet f’passjoni biex ixerred il-messaġġ ta’ Kristu.
Minkejja li kien wieħed mill-appostli, fit-Testment il-Ġdid ma nsibux ħafna informazzjoni dwar il-ħajja tiegħu. Huwa jissemma fil-lista tal-appostli fl-evanġelji ta’ Mattew, Mark, Luqa u anki fl-Atti tal-Appostli, iżda ma nsibux stejjer speċifiċi attribwiti lilu.
Ħafna jaħsbu li wara l-mewt ta’ Ġesù, Xmun mar jipprietka fl-Eġittu fejn issieħeb ma’ San Ġuda u flimkien marru il-Persja. Ħafna jaħsbu wkoll li dawn iż-żewġ appostli mietu martri fil-Persja stess, iżda id-dettalji eżatti ta’ kif mietu mhumiex magħrufa.
Il-festa ta’ San Xmun hija ċċelebrata fit-28 ta’ Ottubru, u huwa magħruf ukoll bħala l-qaddis patrun tal-ħaddiema li jaħdmu bis-serrieq.
Comments