San Publiju 🇲🇹
- ghalikukoll
- Jan 18
- 1 min read

San Publiju għex fl-ewwel snin tal-Kristjaneżmu u huwa magħruf bħala l-ewwel isqof ta’ Malta.
Fl-Atti tal-Appostli nsibu miktub, li meta l-vapur ta’ San Pawl nnawfraga Malta fi triqtu lejn Ruma, Publiju, li kien il-prinÄ‹ep tal-gżira, laqa’ lilu u lil sħabu għandu fejn qagħdu għal tlitt ijiem. Ä ara li f’dan iż-żmien, missier Publiju kien marid bid-deni u d-disenterija, u Pawlu qiegħed idejh fuqu u fejqu.
Ispirat mit-tagħlim u l-mirakli ta’ San Pawl, Publiju kkonverta għall-Kristjaneżmu u San Pawl kkonsagrah bħala l-ewwel isqof ta’ Malta. Għalhekk, huwa kellu rwol ċentrali fil-bidu tal-Kattoliċiżmu f’Malta.
Iktar tard f’ħajtu, San Publiju vvjaġġa lejn Ateni, fejn sar ukoll wieħed mill-ewwel isqfijiet tal-belt, u miet martri taħt l-Imperatur Hadrian madwar is-sena 125.
Il-festa tiegħu hija ċċelebrata fit-22 ta’ Jannar, u huwa magħruf ukoll bħala wieħed mill-qaddisin protetturi ta’ Malta. Barra minn hekk, San Publiju huwa wkoll il-qaddis patrun tal-parroċċa tal-Furjana. Â
Comentarios