top of page

San Nikola šŸŽ

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Dec 6
  • 2 min read
ree

San Nikola twieled fit-tielet seklu f’Patara, illum parti mit-Turkija. Il-Ä”enituri tiegħu kienu sinjuri u Insara devoti li dejjem rabbewh fil-fidi. Iżda huma mietu waqt epidemija meta Nikola kien għadu tifel, u għalhekk huwa wiret ammont sostanzjali minn Ä”idhom. Minflok ma uża l-flus li wiret għall-Ä”id personali u żammhom għalih, huwa ddeċieda li jiddedika ħajtu biex jaqdi lil Alla u jgħin lil dawk fil-bżonn.

Ā 

Wara l-mewt tal-Ä”enituri tiegħu, San Nikola mar joqgħod ma’ zijuh, li kien ukoll isqof f’Patara. Zijuh ħa ħsiebu u kompla jmexxih fit-triq tal-fidi billi ħeĔĔu jiddedika l-ħin tiegħu għat-talb u għall-qari tal-Iskrittura Mqaddsa.Ā  Meta kiber, Nikola sar saċerdot u eventwalment inħatar ukoll Isqof ta’ Mira, fejn kien magħruf għat-tjubija u l-Ä”enerożitĆ  tiegħu.

Ā 

Huwa kien magħruf ukoll għall-imħabba tiegħu lejn it-tfal u għall-karitĆ  li kien jagħmel bil-moħbi. Waħda mill-aktar stejjer famużi dwaru hija meta għen lil tliet aħwa foqra li ma kellhomx biżżejjed flus biex jiżżewÄ”u. Meta sar jaf bihom, San Nikola xtaq jgħinhom u għalhekk jingħad li b’mod sigriet fuq tliet okkażjonijiet separati, huwa poĔĔa xi boroż mimlijin deheb fil-kalzetti tagħhom li kienu qegħdin jinxfu ħdejn in-nar. Ħafna jgħidu li din il-Ä”rajja hija l-oriÄ”ini tat-tradizzjoni li jiddendlu l-kalzetti għar-rigali fil-Milied.

Ā 

Huwa magħruf li San Nikola għamel ukoll diversi mirakli. Fost l-aktar popolari nsibu l-miraklu ta’ meta waqqaf maltempata u salva numru ta’ persuni. Huwa kien qiegħed jivjaĔĔa fuq vapur meta qamet maltempata kbira li hedded il-ħajja ta’ dawk kollha li kienu abbord. Il-baħrin u l-passiĔĔieri l-oħra kienu mbeżżgħin u daru lejn San Nikola għall-għajnuna. Huwa talab għas-sigurtĆ  tagħhom, u b’riżultat ta’ dan, il-maltempata kkalmat u l-vapur Ä”ie ggwidat mingħajr periklu lejn id-destinazzjoni tiegħu.

Ā 

San Nikola miet madwar is-sena 343 fis-6 ta’ Diċembru f’Mira. Huwa Ä”ie midfun fil-knisja ta’ Mira stess, iżda fl-1087, grupp ta’ baħrin Taljani ħadu r-relikwi ta’ San Nikola minn lejn Bari fejn għadhom jinsabu sal-lum il-Ä”urnata fil-Bażilika ta’ San Nikola.

Ā 

Il-festa tiegħu hija ċċelebrata kull sena fis-6 ta’ Diċembru, u huwa magħruf ukoll bħala l-qaddis patrun tat-tfal, tal-baħħara, u tan-negozzjanti.

Comments


bottom of page