San Mattew đź§ľ
- Sep 21, 2025
- 1 min read

Qabel ma ltaqa’ ma’ Ä esĂą, Mattew kien magħruf bħala Levi. Hu kien pubblikan, u xogħlu kien li jiġbor it-taxxa mingħand il-Lhud u jgħaddihom lill-ħakkiema Rumani. Hekk kif il-pubblikani kienu meqjusa bħala nies rgħiba u li jqarrqu bin-nies, il-Lhud ma kinux iħalluhom jidħlu fit-tempju u fis-sinagoga, u l-ebda Lhudi ma kien ikollu kuntatt magħhom.
Â
IĹĽda darba waħda, Ä esĂą lemħu bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi u qallu “Ejja warajja”. Meta sema dan il-kliem mingħand Ä esĂą, Levi telaq kollox, qam u mar warajh. Iktar tard, Levi stieden lil Ä esĂą għal ikla għandu stess, u magħhom kien hemm kotra kbira ta’ publikani u xi nies oħra. Meta l-FariĹĽej u l-kittieba raw lil Ä esĂą magħhom, huma bdew igemgmu bejniethom u jistaqsu għalfejn Ä esĂą kien għaĹĽel li jiekol ma’ nies li kienu meqfusa midinbin, iĹĽda Ä esĂą qalilhom li hu mhux lill-ġusti ġie biex isejjaħ, iĹĽda lill-midinbin għall-indiema.
Â
Wara dan l-episodju, Levi kkonverta u sar magħruf bħala Mattew. Hu kompla jimxi wara Ä esĂą u sar wieħed mit-tnax-il Appostli. San Mattew kien preĹĽenti wkoll mal-appostli meta’ Ä esĂą tela’ s-sema, u huwa magħruf li wara l-qawmien mill-imwiet vvjaġġa lejn diversi reġjuni bħall-Etjopja u l-Persja fejn pprietka dwar Ä esĂą.
Â
Lejn l-aħħar tal-ewwel seklu, Mattew kiteb ukoll wieħed mill-erba’ Evanġelji li fih enfasizza kif Ä esĂą kien il-Messija li kien mistenni skont il-kitbiet tagħhom u li permezz tiegħu kienet se titwettaq il-milja tal-profeziji tal-Patt il-Qadim.
Â
It-tradizzjoni tgħid li hu miet martri fl-Etjopja, taħt ordni tar-re wara li Mattew kien ċanfru talli kellu sentimenti ħżiena lejn in-neputija tiegħu li kienet soru. Il-festa tiegħu hija ċċelebrata fil-21 ta’ Settembru, u huwa magħruf ukoll bħala l-qaddis patrun tal-bankiera u l-uffiċjali tat-taxxa.
Comments