San Massimiljanu Kolbe 📿
- ghalikukoll
- Nov 16, 2024
- 2 min read
Updated: Nov 17, 2024

Raymund Kolbe twieled fit-8 ta’ Jannar 1894 f’Zdunska-Wola, il-Polonja. Ta’ tnax-il sena, huwa kellu viżjoni fejn ra’ lil Verġni Marija toffrilu jew kuruna bajda jew waħda ħamra. Huwa għaraf li l-bajda kienet tirrapreżenta ħajja ta’ purità filwaqt li l-ħamra kienet tirrapreżenta ħajja ta’ martirju, u għalhekk għażel li jaċċetthom it-tnejn.
Din il-viżżjoni ħalliet impatt kbir fuq il-ħajja spiritwali tiegħu, u s-sena ta’ wara, flimkien ma’ ħuħ il-kbir ssieħeb mal-FranÄ¡iskani Konventwali fejn fl-1910, beda n-novizzjat magħhom u biddel ismu għal Massimiljanu. Fl-1912, huwa mar Ruma fejn studja t-teoloÄ¡ija u l-filosofija fl-Università PontifiÄ‹ja Gregorjana. Ħames snin wara, fl-istess belt huwa waqqaf moviment kattoliku magħruf bħala ‘l-Milizzja tal-Immakulata’. Dan il-moviment jiffoka fuq it-tixrid tad-devozzjoni lejn il-VerÄ¡ni Marija bħala triq għal fidi aktar profonda fâ€™Ä esù u impenn lejn il-valuri kattoliÄ‹i.
Fit-28 ta’ April tal-1918 huwa Ä¡ie ordnat saÄ‹erdot, u sena wara telaq lejn Krakov fil-Polonja fejn waqqaf ukoll ‘l-Milizzja tal-Immakulata’. Fl-1922 Kolbe beda joħroÄ¡ rivista bl-isem ta’ ‘Il-Kavallier tal-Immakulata’ u aktar tard oħra għat-tfal. Fl-1927, huwa waqqaf Ä‹entru reliÄ¡już magħruf bħala ‘Il-Belt ta’ Marija Immakulata’, u eventwalment f’dan iÄ‹-Ä‹entru bdew jaħdmu madwar 700 patri u ħaddiem. Għal xi żmien, Massimiljanu mar il-Ä appun u anki l-Indja fejn kompla jxerred id-devozzjoni Marjana permezz ta’ diversi gruppi u inizjattivi.
Malli rritorna lura l-Polonja fl-1935, huwa sar is-superjur tal-‘Belt ta’ Marija Immakulata’. Malli faqqgħet it-tieni gwerra dinjija fl-1939, dan iċ-ċentru beda jintuża bħala post ta’ refuġju għal refuġjati Pollakki, li l-maġġoranza tagħhom kienu Lhud. Barra minn hekk, Massimiljanu beda jippublika diversi publikazzjonijiet kontra n-Nazisti.
Fi Frar tal-1941 huwa ġie arrestat minħabba li kien qiegħed jgħin lir-refuġjati Pollakki, u aktar tard ittieħed fil-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz. Hawnhekk, hu kompla l-ministeru saċerdotali tiegħu billi kien jiċċelebra il-quddiesa u anki jqarar.
Wara l-ħarba ta’ priġunier, għaxar irġiel intgħażlu biex imutu bil-ġuħ bħala kastig, u kien hawn li Kolbe offra li jmut minflok Franciszek Gajowniczek, raġel miżżewweġ bit-tfal żgħar. Massimiljanu u d-disgħa l-oħra ġew mitfugħin f’bunker biex imutu bla ikel u bla xorb. Wara ġimgħatejn, fl-14 ta’ Awwissu tal-1941 hu u l-ftit oħrajn li kienu għadhom ħajjin inqatlu b’injezzjoni tal-valenu.
Huwa Ä¡ie bbeatifikat fl-1971 mill-Papa Pawlu VI, u ddikjarat qaddis mill-Papa Ä wanni Pawlu II fl-1981. Il-festa tiegħu hija ċċelebrata fl-14 ta’ Awwissu, u huwa magħruf ukoll bħala l-qaddis patrun ta’ dawk li jkunu qegħdin ibatu minn xi vizzju minħabba l-impenn bla waqfien tiegħu biex jgħin lin-nies fil-bżonn.
Yorumlar