San Luqa đź–Ś
- Oct 18, 2025
- 1 min read

San Luqa huwa wieħed mill-erba’ awturi tal-Evanġelji fit-Testment il-Ä did. Huwa kien tabib minn Antjokja, is-Sirja, iĹĽda kien ta’ razza u kultura Griega.
Huwa magħruf li San Luqa kien wieħed mid-dixxipli ta’ San Pawl, u vjaġġa miegħu f’diversi postijiet fosthom f’Malta. Għalhekk, ħafna jaħsbu li kien San Pawl li għenu biex jikkonverti.
It-tradizzjoni tgħid li hu kien ukoll iħobb ipitter, u li kien hu li pinġa l-ewwel ikona tal-Verġni Marija.
L-Evanġelju tiegħu inkiteb bil-Grieg, u jiffoka fuq temi bħall-kompassjoni, il-ħniena u s-salvazzjoni universali. Il-kitbiet tiegħu huma magħrufin wkoll għar-rakkont dettaljat tat-twelid ta’ Ä esĂą, u tal-irwol tan-nisa fil-ministeru tiegħu. Barra l-Evanġelju ta’ San Luqa, ħafna jaħsbu wkoll li huwa kiteb l-Atti tal-Appostli, hekk kif dawn oriġinarjament inkitbu wkoll bil-Grieg.
It-tradizzjoni tgħid li huwa miet martri, msallab ma’ siġra fil-Ä reÄ‹ja meta kellu 84 sena. Il-festa ta’ San Luqa hija ċċelebrata fit-18 t’Ottubru, u huwa magħruf ukoll bħala l-qaddis patrun tat-tobba, u tal-artisti. Â
Comments