San Filippu 🍞
- May 3, 2025
- 1 min read

San Filippu l-appostlu kien minn Betsajda, raħal mal-baħar tal-Galilija li fih għexu wkoll Pietru u Indrì. Allavolja kien Lhudi, ismu li kien ġej mill-Grieg jissuġġerixxi li kien influwenzat mill-kultura Griega, li aktar tard għenitu biex ixerred l-Evanġelju lil dawk li ma kinux Lhud.
Â
Filippu kien wieħed mill-ewwel appostli msejjaħ personalment minn Ä esu. Fl-Evanġelju ta’ San Ä wann insibu miktub li Ä esĂą sabu u qallu “imxi warajja”, u mill-ewwel, Filippu aċċetta u mar jgħid lil ħabib tiegħu Bartilmew, li mar miegħu jara lil Ä esĂą u ġie msejjaħ biex isir appostlu wkoll. Fil-ħajja pubblika ta’ Ä esĂą, Filippu jidher f’diversi mumenti, fosthom meta Ä esĂą tema’ mal-ħamest elef ruħ, u meta fl-aħħar Ä‹ena talbu biex jurihom lill-Alla l-Missier.
Â
Wara l-qawmien mill-imwiet ta’ Ä esĂą u l-inĹĽul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, Filippu vvjaġġa bħala missjunarju u priedka f’postijiet bħal Scythia u Phrygia fejn ikkonvera ħafna nies u għamel ukoll xi mirakli. Eventwalment spiċċa f’Hierapolis, illum it-Turkija, fejn ġie maqtul martri. Wisq probabli ġie midfun f’Hierapolis stess, u fl-2011, xi arkeologi sostnew li kienu sabu l-qabar tiegħu.Â
Â
Il-ħajja tiegħu tfakkarna fl-importanza li nafdaw fâ€™Ä esĂą, u li nressqu lil ħaddieħor eqreb lejh, kif għamel hu. Il-festa ta’ San Filippu hija ċċelebrata fit-3 ta’ Mejju, u huwa magħruf bħala qaddis patrun tal-Urugwaj, tal-furnara, u ta’ dawk li jagħmlu u jsewwu l-kpiepel.
Comments