top of page

S'mores Bars bil-Graham Crackers 🍢

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jan 9
  • 1 min read

Updated: Jan 17

✅ Ingredjenti:

  • 200g graham crackers imfarkin

  • 100g zokkor abjad

  • 160g butir imdewweb

  • 350g chocolate chips żgħar

  • 60g wallnuts imqattgħin

  • 14-il graham cracker

  • 120g marshmallows żgħar

  • 80ml ġulepp taċ-ċikkulata

 

📑 Metodu:

  1. Ixgħel il-forn fuq 120°C.

  2. Ħawwad il-graham crackers imfarkin maz-zokkor abjad, żid il-butir imdewweb u kompli ħawwad. Wara poġġi t-taħlita fil-qiegħ ta' tilar.

  3. Ifrex iċ-chocolate chips fuq it-taħlita, u wara ifrex ftit wallnuts fuq iċ-chocolate chips.

  4. Poġġi 7 graham crackers fil-wiċċ tat-tilar, u poġġi l-marshmallows fuqhom. Wara erġa poġġi l-bqija tal-graham crackers fuq il-marshmallows u poġġi il-ġulepp taċ-ċikkulata fuqhom.

  5. Sajjar fil-forn għal madwar 30 minuta, u wara ħallih jiksaħ għall-30 minuta oħra

 

Comments


bottom of page