Rokit b'Tubu tal-Karti 🚀
- ghalikukoll
- May 20
- 1 min read

✅ Għandek Bżonn:
It-template tal-rokit (mehmuża aktar ‘l isfel)
kartonċin ikkulurit
tubu tat-toilet paper
kolla
imqass
żebgħa
📑 Istruzzjonijiet:
Stampa it-template u aqtagħha.
Iżbogħ it-tubu tat-toilet paper kulur li tixtieq u ħallih jinxef.
Għażel il-kulur tal-kartonċin li tixtieq tuża u uża it-template biex tpinġi il-forom fuqha.
Meta jinxef it-tubu, weħħel il-fjamma u t-twieqi tal-kartonċin fuq ir-rokit.
Biex tagħmel il-parti t'isfel tar-rokit, aqta' it-3 biċċiet trijangolari kif inhu indikat bl-isfar, u daħħalhom fir-rokit.
Biex tagħmel il-parti ta' fuq tar-rokit, weħħel il-ġnub tal-kon flimkien u weħħlu mar-rokit.
Addattata mis-sit: https://www.mombrite.com/toilet-paper-roll-rocket/
Comments