Qargħa Ħamra tal-Karti 🎃
- ghalikukoll
- Oct 22, 2024
- 1 min read

✅ Għandek Bżonn:
kartonċina oranġjo
pipe cleaner ħadra
karta kannella żgħira
puncher
imqass
kolla
📑 Istruzzjonijiet:
Aqta' 4 strixxi mill-kartonċina oranġjo.
Weħħel l-istrixxi flimkien. L-ewwel weħħel tnejn forma ta' salib, imbagħad weħħel it-tnejn l-oħra djagonali bejniethom.
Uża puncher biex tagħmel toqba fit-taf ta' kull strixxa.
Itwi l-pipe cleaner min-nofs u dawwarha biex tagħmel ħolqa. Wara, iċċatja il-ħolqa.
Daħħal il-pipe cleaner mit-toqob fit-tarf ta' kull strixxa.
Kif tlesti, dawwar il-bqija tal-pipe cleaner madwar lapes biex tiġik pulita.
Comentários