top of page

Qanfud b’tubu tal-Karti 🦔

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Nov 12, 2024
  • 1 min read


✅ Għandek Bżonn:

  • it-template stampata

  • tubu tal-karti

  • 3 kartonċini: kannella skura, kannella ċara, u bajda  jew  kuluri

  • googly eyes

  • imqass

  • kolla

  • marker iswed

 




📑 Istruzzjonijiet:

  1. Stampa t-template u użaha biex tpinġi l-forom fuq il-kartonċin b’dan il-mod:

    - Fuq il-kartonċina kannella skura pinġi forom 1 u 5.

    - Fuq il-kartonċina kannella ċara pinġi forom 2 u 3.

    - Fuq il-kartonċina bajda pinġi forma 4.

    Jekk ma tixtieqx tuża kartonċin, tista tpinġi fuq t-template bl-istess kuluri.

  2. Ibda billi twaħħal forma 2 fuq forma 5 kif inhu indikat fl-istampi t’ħawn taħt.

  3. Wara, waħħal forma 4 fuq forma 2 u aqta’ ż-żejjed minn taħt.

  4. Waħħal forma 3 fuq forma 4.

  5. Waħħal il-google eyes u pinġi l-mnieħer fuq forma 2.

  6. Waħħal kollox fuq it-tubu tal-karti, u wara waħħal forma 1 fuq wara tat-tubu.




Comments


bottom of page