Pudina tal-Milied 😋
- ghalikukoll
- Dec 12, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti:
2 imgħaref għasel iswed
750g frott niexef imħallat
kuċċarina ġinġer mitħun
2 kuċċarini spice
175g frak tal-ħobż ismar frisk
75g dqiq plain
200g butir mhux mill-friġġ
3 bajdiet imħabbta
qoxra maħkuka u l-meraq ta’ larinġa
kwart ta’ pinta rum (mhux bilfors)
tuffieħa kbira maħkuka
Â
📑 Metodu:
Ħallat flimkien il-frak tal-ħobż, id-dqiq, il-butir, u l-qoxra u l-meraq tal-larinġa.
Wara, ħallat il-frott niexef mal-ispices, l-għasel iswed, il-bajd, it-tuffieħa u r-rum. Ħawwad tajjeb flimkien l-ingredjenti kollha.
Idlek bil-marġerina jew bil-butir l-iskutella li se ssajjar fiha. Poġġi t-taħlita fl-iskutella, illixxa l-wiċċ u għatti tajjeb b’karta strazza doppja biex ma jidħollokx ilma waqt li ssajjarha. Orbot bi spaga u għalli għal 3 – 4 sigħat.
Â
Addattata mis-sit: https://newsbook.com.mt/pudina-tal-milied/
Comentários