Prinjolata Tradizzjonali 🧨
- ghalikukoll
- Feb 27
- 1 min read

✅ Ingredjenti għall-Isponge:
4 bajdiet
200g zokkor
nofs kuċċarina essenza tal-vanilla
nofs kuċċarina qoxra ta’ lumija maħkuka
200g dqiq self-raising
✅ Ingredjenti għall-Mili:
mgħarfa whiskey
50g pine nuts, imqattgħa u mixwija
50g ċirasa tal-konfettura, imqattgħa
2 mgħaref chips taċ-ċikkulata
250g marġerina mrattba
2 mgħaref icing sugar
mgħarfa vermouth
kuċċarina estratt tal-vanilla
✅ Ingredjenti biex Iżżejjen:
pakkett topping mix
250ml krema doppja tal-ħalib
mgħarfa vermouth
50g ċirasa tal-konfettura, mqattgħa min-nofs
50g pine nuts, mixwija
50g ċikkulata mdewba
📑 Metodu għall-Isponge:
Saħħan il-forn għal 200˚Ċ.
Bil-mixer, ħabbat flimkien għal 8 minuti l-bajd, iz-zokkor, l-essenza tal-vanilla u l-qoxra tal-lumija sakemm ikollok taħlita ftit ratba.
Żid id-dqiq u ħallat b’mgħarfa tal-injam. Ferra’ t-taħlita f’landa tal-kejk midluka bil-butir jew marġerina.
Aħmi għal madwar 25 minuta sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs tal-isponge toħroġ nadifa.
Oħroġ mill-landa tal-forn u ħalliha tiksaħ għal kollox.
📑 Metodu għall-mili tal-prinjolata:
Farrak l-isponge f’biċċiet żgħar fi skutella kbira.
Roxx il-whiskey u żid il-pine nuts, iċ-ċirasa tal-konfettura u l-biċċiet taċ-ċikkulata. Ħallat sew.
Uża l-mixer u ħabbat il-marġerina maz-zokkor sakemm ikollok taħlita lixxa.
Żid it-taħlita ta’ qabel, l-estratt tal-vanilla, il-vermouth u ħallat flimkien bil-mixer.
Ifforma t-taħlita fil-forma tal-prinjolata u poġġi fuq platt.
📑 Metodu biex iżżejjen:
Ħallat it-topping mix flimkien mal-krema u l-vermouth sakemm it-taħlita ssir iebsa.
Iksi l-prinjolata b’din it-taħlita u żejjen biċ-ċirasa tal-konfettura u l-pine nuts.
Fl-aħħar nett żejjen biċ-ċikkulata mdewba fil-wiċċ.
Addattata mis-sit: http://www.tisjir.com/prinjolata/
Comments