top of page

Pencil Holder forma ta' Dudu ✏

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Sep 17, 2024
  • 1 min read

✅ Għandek Bżonn:

  • 4-8 tubi tat-toilet paper (skont kemm tridu twil)

  • żebgħa ħadra

  • karta ħamra

  • karta bajda

  • kartonċina griża

  • imqass

  • kolla/stapler

  • marker

 


📑 Istruzzjonijiet:

  1. Iżbogħ it-tubi tat-toilet paper ħodor, jew iksihom b'kartonċina ħadra.

  2. Biex tagħmel nuċċali għad-dudu, pinġi u aqta' forma ta' 2 ċrieki f'xulxin fuq kartonċina griża, aqta' 2 ċrieki mill-karta bajda, u weħħilhom fuq il-kartonċina griża. Pinġi ukoll 2 pupilli tal-għajnejn.

  3. Weħħel in-nuċċali fuq wieħed mit-tubi tat-toilet paper, u pinġi wkoll il-ħalq.

  4. Weħħel it-tubi tat-toilet paper flimkien permezz ta' stapler jew bil-kolla.

  5. Aqta' forma rettangolari mill-kartonċina ħamra, u itwiħa min-nofs biex tagħmel ktieb. Aqta' karti bojod ftit iżgħar, u weħħilhom fuq il-kartonċina l-ħamra.

  6. Aqta' 2 forom ta' idejn bojod u weħħilhom mad-dudu. Weħħel ukoll il-ktieb ma jdejh.



コメント


bottom of page