Pasti Roża bil-Ġewż tal-Indi 🥥
- ghalikukoll
- Jul 25, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti:
300g dqiq self-raising
300g butir
300g zokkor
300g bajd
kuċċarina vanilla
jelly
ġewż tal-indi
📑 Metodu:
Ħawwad il-butir maz-zokkor.
Żid il-bajd waħda waħda u ħawwad sakemm it-taħlita tibjad.
Żid il-vanilla u ibda żid id-dqiq ftit ftit.
Ġo dixx rettangolari, għamel il-baking paper u itfa it-taħlita fih.
Sajjar it-taħlita b'temperatura ta' 170° sakhemm issir.
Aqta' il-kejk f'forom kwadri u billhom ġol-jelly bi ftit food colouring.
Finalment, dawwarhom ftit fil-ġewż tal-indi.
Comments