Oċean bl-Arzell 🐚
- ghalikukoll
- Aug 13, 2024
- 1 min read

✅ Għandek Bżonn:
platt tal-karti
żebgħa/karta fina blu
kolla
arzell
żebgħa kkulurità
sponoż kkuluriti
wiggly eyes
ramel (mhux bilfors)
📑 Istruzzjonijiet:
Għatti l-platt bil-karta fina blu, jew iżbogħ il-platt blu.
Aqta' l-isponoż f'forom mgħawġa żgħar biex tużhom bħala alka.
Waħħal ftit arzell fuq in-naħa t'isfel tal-platt, u jekk trid tista' twaħħal ukoll xi ftit ramel bil-kolla.
Biex tagħmel il-ħut għandek bżonn kemm arzell kbir (1 kull waħda) u anki żgħir (3 kull waħda). Iżbogħ l-arzell kuluri li tixtieq, u imbagħad waħħalhom kif jidher fl-istampa. Waħħlilhom ukoll wiggly eye.
Waħħal il-ħut mal-platt, u żid ftit ċrieki biż-żebgħa biex tagħmel ftit bżieżaq.
Kommentare