Muffins taz-Zunnarija 🥕
- ghalikukoll
- Oct 10, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti għall-Muffins:
4 bajdiet
450g zokkor
220ml żejt
320g dqiq plain
2 kuċċarini bikarbonat tas-soda
2 kuċċarini trab tal-ħami
2 kuċċarini trab tal-kannella
kuċċarina msiemer tal-qronfol
kuċċarina ħwawar imħallta (mixed spice)
kuċċarina ġinġer
½ kuċċarina noċemuskata
kuċċarina melħ
100g zunnarija maħkuka
300g qarabagħli mit-twil maħkuk
peacan nuts u ġewż imqatta’
✅ Ingredjenti għall-Frosting:
500g cream cheese
2 imgħaref estratt tal-vanilja
115g icing sugar
350ml krema friska
📑 Metodu għall-Muffins:
Saħħan il-forn f’temperatura ta’ 180°Ċ.
Ħabbat il-bajd maz-zokkor.
Żid iż-żejt
Żid u ħallat flimkien l-ingredjenti l-oħrajn.
Żid iz-zunnarija u l-qarabagħli.
Aħmi għal madwar 30-40 minuta.
Żidilhom ftit frosting fil-wiċċ.
Comments