Muffins tal-Banana u ċ-Ċikkulata 🍌
- ghalikukoll
- Nov 14, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti
180g dqiq all purpose
kuċċarina bikarbonat
½ mgħarfa melħ
113g zokor
170g chocolate chips
3 bananiet misjurin
75g butir imdewweb
bajda kbira
kuċċarina estratt tal-vanilla
📑 Metodu:
Saħħan il-forn għal 190℃.
Ħallat id-dqiq, il-melħ, u l-bikarbonat fi skutella u ħallihom fil-ġenb.
Għaffeġ il-banana fi skutella, żid il-bajda, il-butir, u l-estratt tal-vanilla u ħawwad sakemm jingħaqdu flimkien.
Ħawwad flimkien iż-żewġ taħlitiet fi skutella waħda sakemm jitħalltu sew. Żid ic-chocolate chips u kompli ħawwad.
Qassam it-taħlita f’landa tal-muffins u żid iktar chocolate chips fil-wiċċ.
Aħmi fil-forn għal madwar 20 minuta.
Comments