top of page

Muffins bil-Frawli u ċ-Ċikkulata Bajda 🍓

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • May 29
  • 1 min read
ree

✅ Ingredjenti:

  • 175g butir (temperatura tal-kamra)

  • 150g zokkor fin (caster sugar)

  • 175g dqiq self-raising (mgħarbul)

  • ½ kuċċarina trab tal-ħami

  • 3 bajdiet (imħabbtin ħafif)

  • 100g frawli imqatta’

  • 50g chocolate chips bojod

 

📑 Metodu:

  1. Saħħan il-forn għal 180°C, u imla landa bil-forom tal-karti.

  2. B’ħabbata tal-elettriku ħabbat flimkien fi skutella d-dqiq, it-trab tal-ħami, iz-zokkor, il-butir u l-bajd għal 3 minuti.

  3. Żid il-frawli u ċ-ċikkulata u ħawwadhom mat-taħlita b’mgħarfa.

  4. Qassam it-taħlita bejn il-forom tal-landa u aħmi għal 20-25 minuta, jew sakemm stikka li ddaħħal f’nofs muffin toħroġ nadifa.


Comments


bottom of page