Mince Pies 🎄
- ghalikukoll
- Dec 5, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti għat-taħlita:
250g żbib
375g passolina
100ml brandy
qoxra maħkuka ta’ lumija
meraq ta’ nofs lumija
300g suet
250g zokkor ismar
85g konfettura mqattgħa
nofs noċemuskata maħkuka
tuffieħa mqaxxra u maħkuka
📑 Metodu għat-taħlita:
Xarrab iż-żbib u l-passolina fil-brandy u l-meraq tal-lumi għal siegħa sakemm jeħxienu mbagħad saffihom u poġġi l-brandy fil-ġenb.
Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien fl-ordni mogħtija mbagħad ferragħ l-brandi meta kollox ikun imħallat sew.
Jekk mhux se tuża l-mincemeat mill-ewwel, itfgħu f’vażetti sterilizatti u agħlaq l-għatu sew.
✅ Ingredjenti għall-għaġna:
500g dqiq
3 mgħaref zokkor
270g marġerina
2 bajdiet imħabbta
qoxra ta’ lumija
kuċċarina essenza tal-vanilla
📑 Metodu għall-għaġna:
Saħħan il-forn minn qabel għal 250˚Ċ.
Fi skutela ħawwad il-marġerina, id-dqiq, u z-zokkor u ħawwadhom flimkien.
Żid il-bajd, il-qoxra tal-lumija u l-essenza tal-vanilla u kompli ħawwad sew.
Ħalli l-għaġina tistrieh għal nofs siegħa.
Iftaħ l-għaġina u aqta’ f’forma ta’ ċrieki.
Fuq l-għaġina maqtugħa itfa’ kuċċarina mincemeat u poġġi fuqha l-għaġina maqtugħa biex tagħlaqha. Aħmi għal 7 minuti.
Addattata mis-sit: https://newsbook.com.mt/mince-pies-bmincemeat-tradizzjonali/
Comments