top of page

Min hu il-Papa Ljun XIV? | Il-Bijografija ta’ Robert Prevost 🇻🇦

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • May 10
  • 3 min read

Robert Francis Prevost twieled fl-14 ta’ Settembru 1955 f’Chicago, ġewwa l-Istati Uniti. Ommu Mildred gradwat mill-Università DePaul b’lawrja fix-xjenza tal-librerija, filwaqt li missieru Louis Marius kien veteran tal-Flotta Navali Amerikana tat-Tieni Gwerra Dinjija. Barra minn hekk, Prevost għandu żewġ aħwa ikbar minnu, Louis u John.


Iċ-ċkejken Robert Francis Prevost flimkien ma' ommu Mildred, u ħutu Louis u John.
Iċ-ċkejken Robert Francis Prevost flimkien ma' ommu Mildred, u ħutu Louis u John.

Imrobbi f’Dolton, Illinois, Prevost kiber fil-parroċċa ta’ Santa Marija Assunta, fejn attenda l-iskola, kanta fil-kor, u kien ukoll abbati. Huwa attenda l-iskola sekondarja fis-Seminarju ta’ Santu Wistin f’Michigan, fejn kien imfaħħar għall-eċċellenza akkademika tiegħu, u serva wkoll bħala l-editur tal-ktieb annwali tal-iskola, segretarju tal-Kunsill tal-Istudenti, kif ukoll membru tas-Soċjetà tal-Unur Nazzjonali. Robert Prevost kiseb Baċellerat tax-Xjenzi fil-matematika, mill-Università ta’ Villanova fl-1977. Huwa kompla jistudja u kiseb Masters tad-Divinità mill-Unjoni Teoloġika Kattolika f’Chicago (1982), Lawrja fil-Liġi Kanonika (1984) u Dottorat fil-Liġi Kanonika (1987) mill-Università Pontifiċja ta’ San Tumas ta’ Aquino f’Ruma. Fl-2014, l-Università ta’ Villanova tatu Dottorat Onorarju tal-Umanitajiet.

 

F’Settembru tal-1977, Prevost ingħaqad mal-Ordni ta’ Santu Wistin bħala novizzju, fejn rrisjeda fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Compton Heights. Ħa l-ewwel wegħdiet tiegħu f’Settembru tal-1978, u sar uffiċjalment patri f’Awwissu tal-1981. Aktar tard fl-1982, huwa ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Jean Jadot, u tliet snin wara ingħaqad mal-missjunarju Agostinjani fil-Perù fejn serva bħala kanċillier tal-Prelat Territorjali ta’ Chulucanas. Prevost rritorna l-Perù fl-1988, fejn sar il-kap tas-seminarju Agostinjan fi Trujillo u għallem il-liġi kanonika, ħadem bħala mħallef fil-qorti ekkleżjastiku, u mexxa kongregazzjoni fil-periferiji tal-belt.


Robert Francis Prevost jiltaqa' mal-Papa Ġwanni Pawlu II ftit wara li ġie ordnat saċerdot fl-1982.
Robert Francis Prevost jiltaqa' mal-Papa Ġwanni Pawlu II ftit wara li ġie ordnat saċerdot fl-1982.

Fl-1998, Robert Francis rritorna lura Chicago fejn ġie elett pirjol provinċjali tal-Provinċja tal-Madonna tal-Parir it-Tajjeb tal-Ordni ta’ Santu Wistin. Aktar tard fl-2001, huwa ġie elett Pirjol Ġenerali tal-Ordni ta’ Santu Wistin, fejn serva għal tnax-il sena. F’Novembru tal-2014, il-Papa Franġisku ħatru bħala amminstratur appostoliku tad-Djoċesi ta’ Chiclayo, fil-Perù, u sussegwentement f’Settembru tal-2015 sar l-Isqof ta’ din id-djoċesi. Kien hawnhekk li Prevost ħa ċittadinnza Peruvjana. Fl-2019, huwa inħatar bħala membru tal-Kongregazzjoni għall-Kleru, fl-2020 sar amministratur appostoliku ta’ Callao, belt oħra fil-Perù, u aktar tard fl-istess sena ingħaqad mal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, dipartiment fil-Vatikan li jgħin fl-għażla tal-Isqfijiet. Fi ħdan il-Konferenza Episkopali tal-Perù, huwa serva fil-kunsill permanenti (2018-2020) u ġie elett ukoll President għall-Edukazzjoni u l-Kultura tagħha fl-2019.


F’Jannar tal-2023, il-Papa Franġisku ħatar lil Prevost bħala prefett tad-Dikasteru għall-Isqfijiet, u aktar tard fl-istess sena, ħatru wkoll kardinal-djaknu tal-Knisja ta’ Santa Monica Degli Agostiniani f’Ruma. Bħala prefett, huwa kellu rwol kritiku fl-evalwazzjoni u r-rakkomadazzjoni tal-kandidati episkopali madwar id-dinja, u għalhekk, f’din il-pożizzjoni bdiet tikber il-viżibbiltà tiegħu fi ħdan il-knisja. Fis-6 ta’ Frar 2025, il-Papa Franġisku ppromovih għal kardinal-isqof, u għamlu isqof titulari tad-Djoċesi ta’ Albano.


Il-Papa Franġisku jaħtar lill-Isqof Amerikan Robert Francis Prevost bħala kardinal fit-30 ta' Settembru 2023.
Il-Papa Franġisku jaħtar lill-Isqof Amerikan Robert Francis Prevost bħala kardinal fit-30 ta' Settembru 2023.

Fit-8 ta’ Mejju 2025, Robert Prevost ġie elett Papa u għażel l-isem Ljun XIV. B’hekk, huwa sar l-ewwel Papa mill-Istati Uniti, Peruvjan, u Agostinjan. Allavolja ma kienx meqjus fost l-aktar kandidati popolari, il-fatt li kien viċin ħafna tal-Papa Franġisku u ħaddan valuri u ideat simili tiegħu għamluh figura ta’ fiduċja u kontinwità fil-Knisja Kattolika.


Huwa interessanti wkoll li l-Papa Ljun XIV żar lil Malta f’diversi okkażżjonijiet fil-passat, inkluż fl-2013 meta żar il-Kunvent ta’ Santu Wistin f’Bormla, u riċentament f’Novembru tal-2023 meta ġie Malta biex jipparteċipa fl-Assemblea Plenarja tal-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej u ċċelebra quddiesa fil-Bażilika tal-Mosta.


Il-Kardinal Robert Francis Prevost waqt Quddiesa fil-knisja parrokkjali tal-Mosta, waqt iż-żjara pastorali tiegħu f’Malta fl-2023.
Il-Kardinal Robert Francis Prevost waqt Quddiesa fil-knisja parrokkjali tal-Mosta, waqt iż-żjara pastorali tiegħu f’Malta fl-2023.

Comments


bottom of page