Kokka b’Tubu tal-Karti 🦉
- ghalikukoll
- Sep 24, 2024
- 1 min read

✅ Għandek Bżonn:
tubu tat-toilet paper
karti kkuluriti bid-disinn
googly eyes
kartonċina safra
buttuni
kolla
żebgħa (bajda/kannella/sewda)
📑 Istruzzjonijiet:
Biex tagħmel il-forma tar-ras tal-kokka, itwi in-naħa ta' fuq tat-tubu tat-toilet paper 'l ġewwa, u jekk hemm bżonn, weħħilhom flimkien.
Iżbogħ it-tubu tat-toilet paper, u jekk trid, tista żżid dettaji oħra.
Weħħel 2 googly eyes fuq 2 buttuni. Weħħel ukoll forma trijangolari għall-ħalq.
Aqta' 2 ġwienaħ mill-karti bid-disinn, u weħħilhom mat-tubu tat-toilet paper ukoll.
Comments