Kejk taċ-Ċirasa 🍒
- ghalikukoll
- Jul 18, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti:
75g dqiq bla glutina self raising
75g trab tal-lewż
kuċċarina baking powder
35g butir
60g zokkor
mgħarfa għasel
35ml żejt taż-żebbuġa
120g ċirasa
ftit qtar tal-vanilla
2 bajdiet
qoxra ta' lumija maħkuka
2 mgħaref ilma
📑 Metodu:
Saħħan il-forn 170°C
Għarbel id-dqiq. Żid il-butir u ħaddem ġod-dqiq sakemm it-taħlita tiġi fina.
Żid il-baking powder, iċ-ċirasa mqatta’, il-vanilla, il-qoxra tal-lumija u z-zokkor.
Ħabbat il-bajd maż-żejt. Żid l-ilma u l-għasel. Ħawwad.
Żid it-taħlita tal-bajd mat-taħlita tad-dqiq.
Ħawwad bil-mod b'furketta.
Ferrah ġod-dixx tal-kejk.
Aħmi fil-forn għal 25 minuta sakemm isir minn ġewwa u jieħu ftit kulur.
Ħalli ġo landa għal 5 minuti.
Comments