top of page

Kejk tal-Vanilla bil-Yoghurt Grieg 🍰

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Apr 3
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

  • 190g dqiq plain

  • ½ kuċċarina baking soda

  • ¼ kuċċarina melħ

  • 115g butir artab

  • 200g zokkor abjad

  • 3 bajdiet

  • 2 kuċċarini essenza tal-vanilla

  • 122g yoghurt Grieg

 

📑 Metodu:

  1. Saħħan il-forn għal 180°C.

  2. Idlek sew loaf tin.

  3. Għarbel id-dqiq, il-baking soda u l-melħ ġo skutella zgħira.

  4. Ġo skutella oħra, ħabbat il-butir u z-zokkor sakemm jiġu krema. Żid il-bajd waħda waħda u ħawwad sew.

  5. Żid il-vanilla u l-yoghurt Grieg u ħawwad. Żid id-dqiq ftit ftit sakemm jidħol fit-taħlita.

  6. Ferrex it-taħlita fil-loaf tin u aħmi għal madwar 40 minuta. Tkun taf li sar meta ddaħħal sikkina jew skewer fin-nofs u toħrog xotta.

  7. Aqilbu fuq wire rack u ħallih jibred.

 

Commentaires


bottom of page