Kartolina għal Jum l-Omm 👩
- ghalikukoll
- May 6
- 1 min read

✅ Għandek Bżonn:
2 biċċiet plastik (tista’ tuża folder tal-plastik jew stretch and seal)
kartonċina
biċċiet tal-karti kkuluriti mqattgħin żgħar
kolla jew tejp
marker
📑 Istruzzjonijiet:
Itwi l-kartonċina min-nofs biex tiġi forma ta' kartolina.
Fuq il-faċċata ta' quddiem, pinġi qalb u aqtagħha.
Min-naħa ta' ġewwa tal-kartolina, waħħal biċċa plastik fuq in-naħa tal-qalb.
Aqta’ xi biċċiet ta' karti kkuluriti u ifrixhom fuq il-plastik biex jiġu jidru mill-faċċata ta' quddiem.
Kif tlesti, waħħal biċċa plastik oħra fuq dik li diġa waħħalt u ħalliha tinxef.
Kif tinxef, ikteb dak li tixtieq tikteb fuq il-faċċata, u iktibha wkoll minn ġewwa.
Addattata mis-sit: https://www.learningandexploringthroughplay.com/2017/01/love-you-to-pieces-suncatcher-card.html
Comentários