It-Tlettax-il Ħadd ta' Matul is-Sena 😴
- ghalikukoll
- Jun 26, 2024
- 4 min read
📗 L-Ewwel Qari:
Qari mill-Ktieb tal-Għerf (Għerf 1: 13-15, 2: 23-24)
Il-mewt mhux Alla għamilha;
u lanqas togħġbu l-qerda tal-ħajjin.
Hu ħalaq kollox biex jgħix;
għall-ħajja huma l-ħlejjaq tad-dinja, m’hemmx fihom velenu tal-mewt.
Is-saltna tal-mewt ma taħkimx fuq l-art,
għax il-ġustizzja ma taqax taħt il-mewt.
Alla ħalaq il-bniedem biex ma jmutx, u għamlu xbieha tiegħu nnifsu.
Bl-għira tax-xitan daħlet il-mewt fid-dinja; u jafu xi tfisser dawk li huma tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu Ħajr lil Alla
📘 Salm Responsorjali:
R/. Ngħollik, Mulej, għax erfajtni (Salm 30: 2, 4, 5-6, 11, 12a, 13b)
Ngħollik, Mulej, għax erfajtni,
u ma ferraħtx l-għedewwa tiegħi bija.
Mulej, tellajtli mill-mewt ’il ruħi,
ħlistni minn fost dawk li jinżlu fil-ħofra. R/.
Għannu lill-Mulej, ħbieb tiegħu,
faħħru l-isem imqaddes tiegħu.
Għax ftit iddum is-saħna tiegħu,
iżda għomor sħiħ l-imħabba
tiegħu. Filgħaxija jidħol il-biki,
filgħodu jidwi l-għajjat ta’ ferħ. R/.
Ismagħni, Mulej, u ħenn
għalija; kun, Mulej, l-għajnuna
tiegħi.
Int bdilt fi żfin l-għali tiegħi,
Mulej, Alla tiegħi, infaħħrek għal dejjem! R/.
📙 It-Tieni Qari:
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin (2 Korintin 8: 7, 9, 13-15)
Ħuti, bħalma intom għonja f’kollox, fil-fidi u fil-kelma, fl-għerf u fiż-żelu kollu, fl-imħabba li aħna rawwimna f’qalbkom, hekk għandkom tistagħnu f’din il-ħidma ta’ ħniena.
Intom tafu l-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, li għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.
Mhux biex il-piż iħeff minn fuq l-oħrajn u jaqa’ kollu fuqkom, imma kulħadd indaqs. Bħalissa ħallu ż-żejjed tagħkom jagħmel tajjeb għan-nieqes ta’ dawk li ma għandhomx, biex iż-żejjed tagħhom għad ikun jista’ jpatti għan-nieqes tagħkom. U hekk ikun kulħadd indaqs, bħalma hu miktub: «Min ġabar ħafna ma sabx iż-żejjed, u min ġabar ftit ma baqax bin-nieqes.»
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu Ħajr lil Alla
📕 L-Evanġelju:
Qari mill-Evanġelju skont San Mark (Mark 5: 21-43)
F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: «Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix.» U Ġesù telaq miegħu, b’kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu.
U kien hemm mara li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm. Kienet batiet wisq taħt ħafna tobba, u nefqet kulma kellha, u mhux biss ma swielha xejn, imma talli marret għall-agħar. Meta semgħet b’Ġesù, ġiet qalb il-folla, resqet minn warajh u messitlu l-mantar, għax qalet: «Jekk immiss imqar il-mantar tiegħu nkun imfejqa.» F’daqqa waħda t-tnixxija tad-demm waqfitilha, u ġewwa fiha ħasset li kienet fieqet mill-marda tagħha.
Ġesù minnufih intebaħ bil-qawwa li ħarġet minnu, u dar lejn il-kotra u staqsa: «Min messli l-mantar?» Id-dixxipli tiegħu qalulu: «Qiegħed tara dawn in-nies kollha jrossu madwarek, u tistaqsi: “Min messni?”» Hu beda jħares madwaru biex jara jilmaħx lil dik li kienet għamlet dan. Imbagħad il-mara, tirtogħod bil-biża’ għax għarfet x’kien ġralha, resqet, inxteħtet f’riġlejh u stqarritlu s-sewwa kollu. U qalilha: «Binti, il-fidi tiegħek fejqitek; mur bis-sliem, u kun imfejqa mill-marda tiegħek.»
Kif kien għadu jitkellem, waslu xi wħud mid-dar tal-kap tas-sinagoga u lil dan qalulu: «Bintek mietet; għalfejn tħabbtu iżjed l-Imgħallem?» Iżda Ġesù sama’ x’kienu qegħdin jgħidu, u qal lill-kap tas-sinagoga: «Tibżax, biss inti emmen.» U ma ħalla lil ħadd imur miegħu ħlief lil Pietru, lil Ġakbu, u lil Ġwanni, ħu Ġakbu.
Waslu d-dar tal-kap tas-sinagoga, u ra storbju sħiħ u nies jibku u jixhru. 39Daħal, u qalilhom: «Dan l-istorbju kollu u dan il-biki għalfejn? It-tfajla mhijiex mejta, imma rieqda.» U qabdu jiddieħku bih. Imma hu keċċiehom ilkoll ’il barra, ħa miegħu lil missier it-tfajla u lil ommha u lil dawk li kienu miegħu u daħal fejn kienet it-tfajla. Qabdilha idha, u qalilha: «Talitha, qum!» – jiġifieri: «Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!» Minnufih it-tfajla qamet u qabdet timxi; għax kellha tnax-il sena. U baqgħu miblugħin bil-għaġeb. U hu wissiehom bis-sħiħ biex dan ma jkun jaf bih ħadd, u qalilhom jagħtuha tiekol.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Jew il-forma qasira
📕 L-Evanġelju:
Qari mill-Evanġelju skont San Mark (Mark 5: 21-24, 35b-43)
F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: «Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix.» U Ġesù telaq miegħu, b’kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu.
U waslu xi wħud mid-dar tal-kap tas-sinagoga u lil dan qalulu: «Bintek mietet; għalfejn tħabbtu iżjed l-Imgħallem?» Iżda Ġesù sama’ x’kienu qegħdin jgħidu, u qal lill-kap tas-sinagoga: «Tibżax, biss inti emmen.» U ma ħalla lil ħadd imur miegħu ħlief lil Pietru, lil Ġakbu, u lil Ġwanni, ħu Ġakbu.
Waslu d-dar tal-kap tas-sinagoga, u ra storbju sħiħ u nies jibku u jixhru. 39Daħal, u qalilhom: «Dan l-istorbju kollu u dan il-biki għalfejn? It-tfajla mhijiex mejta, imma rieqda.» U qabdu jiddieħku bih. Imma hu keċċiehom ilkoll ’il barra, ħa miegħu lil missier it-tfajla u lil ommha u lil dawk li kienu miegħu u daħal fejn kienet it-tfajla. Qabdilha idha, u qalilha: «Talitha, qum!» – jiġifieri: «Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!» Minnufih it-tfajla qamet u qabdet timxi; għax kellha tnax-il sena. U baqgħu miblugħin bil-għaġeb. U hu wissiehom bis-sħiħ biex dan ma jkun jaf bih ħadd, u qalilhom jagħtuha tiekol.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Riflessjoni għat-Tfal
Commenti