top of page

Imqaret 🤤

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Dec 26, 2024
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

  • qoxra ta’ larinġa maħkuka

  • 200g tamal

  • meraq ta’ larinġa

  • nofs kuċċarina msiemer tal-qronfol

  • 8 imgħaref ilma

  • 300g dqiq

  • 100g marġerina

  • 25g zokkor

  • 60ml ilma kiesaħ

  • icing sugar

 

📑 Metodu:

  1. F’borma poġġi t-tamal, l-qoxra u l-meraq tal-larinġa, l-imsiemer tal-qronfol u l-ilma. Sajjar fuq nar bati, u ħawwad spiss.

  2. Ibda agħmel l-għaġina billi tagħrbel id-dqiq, u miegħu iżżid il-marġerina u z-zokkor

  3. Ħawwad sew fil-mixer biex tifforma l-għaġina

  4. Ferrex ftit dqiq sabiex tkun tista’ tiftaħ l-għaġina, u iftaħha irqiqa. Aqtagħha f’biċċiet twal.

  5. Ferrex it-taħlita, gerbeb, u aqta’ f’qies daqs maqrut.

  6. Sajjar f’dixx bil-karta forno f’temperatura ta’ 200°Ċ, u kif isiru ferrex fuqhom ftit icing sugar.

 

Комментарии


bottom of page