top of page

Homemade Cereal Bars 🍫

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Nov 28, 2024
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

45g ċereali fruit and fibre

45g ċereali Cocopops

400g ċikkulata sewda

50g cranberries nixfin, imxarrba fil-meraq tal-frott għal sagħtejn

100g lewż inkaljat sħiħ

100g ġellewż inkaljat sħiħ

mgħarfa butir

 

📑 Metodu:

1. Lesti żewġ skutelli u f’waħda minnhom itfa’ 50g lewż, 50g ġellewż u l-Cocopops.

2. Fl-iskutella l-oħra itfa’ 50g lewż, 50g ġellewż, iċ-ċereali tal-fruit and fibre, u l-cranberries imsoffija.

3. Fi skutella oħra dewweb iċ-ċikkulata u żid il-butir.

4. Aqsam din il-taħlita bejn iż-żewġ skutelli l-oħra.

5. Iksi l-qiegħ ta’ żewġ dixxijiet baxxi u ifrex taħlita differenti f’kull dixx.

6. Daħħal fil-friġġ għal madwar siegħa, oħroġhom biex taqtagħhom, u erġa poġġihom fil-friġġ.

 

Commenti


bottom of page