Għadam ta’ Novembru 🦴
- ghalikukoll
- Oct 24, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti għall-Għaġina:
250g dqiq self-raising
100g icing sugar
100g marġerina
niskata melħ irqiq
qoxra ta lumija maħkuka
bajda
✅ Ingredjenti għall-Mili:
100g intrita pura
80g icing sugar
nofs kuċċarina essenza tal-vanilja
4 imgħaref lewż inkaljat imfarrak
bajda mħabbta sħiħa
📑 Metodu:
Agħrbel id-dqiq, l-icing sugar u l-melħ flimkien. Itfa’ il-marġerina u ħaddem bidejk sakemm tidħol fit-taħlita sewwa.
Itfa’ l-qoxra tal-lumija u għaqqad bil-bajda sakemm tiġi għaġina.
Itfa’ l-għaġina ġo borza tal-plastik u ħalliha fil-friġġ għal madwar sagħtejn.
Itfa’ l-intrita ġo skutella, żid l-icing sugar, il-vanilja u l-bajda.
Żid 2 mgħaref lewż imfarrak u għaġen sew.
Iftaħ l-għaġina forma ta’ strixxa twila u qatta’ t-taħlita tal-lewz b’idejk, forma ta zalzett, u itfha fin-nofs. Gerbeb kollox forma ta’ zalzett twil.
Qatta’ biċċiet ta’ daqs li trid u agħfas il-kantunieri ’il ġewwa biex jieħdu il-forma ta’ għadam.
Aħmi ġol-forn 180°C għal madwar 15-il minuta.
Meta jiksħu, ħallat 6 imgħaref icing sugar ma’ mgħarfa ilma u iksihom. Ferrex il-kumplament tal-lewż inkaljat u mfarrak fil-wiċċ.
Comments