Gateau taċ-Ċikkulata 🎂
- ghalikukoll
- Aug 8, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti:
225g dqiq plain
350g zokkor fin (caster sugar)
85g cocoa powder
1.5 kuċċarina baking powder
1.5 kuċċarina bicarbonate tas-soda
2 bajdiet
250ml ħalib
125ml żejt
2 kuċċarini estratt tal-vanilla
250ml misħun jagħli
200ml krema doppja
biċċiet taċ-ċikkulata
📑 Metodu:
Saħħan il-forn fuq temperatura ta’ bejn il-160 u 180 grad.
Idlek żewġ dixxijiet tal-kejkijiet ta’ madwar 20ċm bi ftit żejt.
Poġġi l-ingredjenti kollha tal-kejk, minbarra l-ilma jagħli, ġo skutella kbira fonda biex tkun tista’ tħawwad kollox fiha. Ħawwad sewwa b’wooden spoon jew mixer tal-elettriku sakemm it-taħlita tiġi ratba u mħallta tajjeb.
Żid il-misħun mat-taħlita, ftit ftit, sakemm it-taħlita tal-kejk tirtab u ssir likwida ħafna.
Qassam it-taħlita tal-kejk nofs f’dixx u nofs fid-dixx l-ieħor u aħmi fil-forn għal madwar 25-35 minuta, jew sakemm il-wiċċ jissoda u meta ddaħħal sikkina fil-kejk toħroġ nadifa.
Oħroġ il-kejkijiet mill-forn u ħallihom jiksħu għalkollox fid-dixxijiet tagħhom.
Għall-icing taċ-ċikkulata, saħħan iċ-ċikkulata u l-krema ġo kazzola fuq nar baxx sakemm iddub iċ-ċikkulata kollha. Neħħi l-kazzola minn fuq in-nar u ħawwad it-taħlita bil-whisker sakemm tissoda ftit il-konsistenza tagħha. Ħalliha toqgħod għal madwar siegħa jew sagħtejn, jew sakemm tagħqad biżżejjed li tkun tista’ tiksi l-kejk biha.
Oħroġ il-kejkijiet mid-dixxijiet tagħhom. Uża sikkina biex taqla’ l-kejkijiet mill-ġnub mingħajr ma jitfarrku. Idlek ftit ċikkulata fil-wiċċ ta’ kejk minnhom u poġġi l-kejk l-ieħor fuqu.
Poġġi l-kejk fuq platt u iksi l-kejk kollu bl-icing taċ-ċikkulata b’sikkina tal-kejkijiet.
Comments