top of page

Gateau tal-Kafè ☕

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Nov 21, 2024
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

  • 300g gallettini Morning Coffee

  • 200ml panna

  • 4 mgħaref Nutella

  • landa żgħira Nestle Cream

  • lewż imkisser

  • trab tal-kokotina

  • ¾ kikkra misħun

  • 1 kuċċarina kafé

  • kuċċarina essenza tal-kafé

 


📑 Metodu:

  1. Ħawwad sew l-misħun, il-kafé u l-essenza tal-kafé. Ħallih jiksaħ.

  2. Tella’ il-panna b’electric mixer. Żid in-Nestle Cream u n-Nutella. Ħawwad sakemm ikollok kollox imħawwad sew.

  3. Ġo dixx ibda itfa’ saff ta’ Morning Coffee mbillin fil-kafé.

  4. Agħmel saff krema tan-Nutella.

  5. Kompli rrepeti sakemm tispiċċa l-krema.

  6. Fil-wiċċ roxx il-kokotina u l-lewż.

  7. Ħallih lejl fil-friġġ.

 

Comentários


bottom of page