top of page

Gallettini tal-Ġamm 🍓

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Apr 17
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

  • 370ml ġamm tal-frawli

  • 100g butir mingħajr melħ

  • 175 zokkor caster

  • Bajda

  • kuċċarina paste tal-vanilla

  • 200g dqiq plain

 

📑 Metodu:

  1. Ħallat flimkien il-butir u z-zokkor fi skutella sakhemm jitħalltu sew. Żid il-bajda u l-vanilla, u kompli ħawwad sew. Żid id-dqiq, u erġa ħawwad sakhemm jitħalltu sew.

  2. Iftaħ l-għaġina fuq karta tal-ħami miksija bid-dqiq, u ara li jkollha ħxuna uniformi ta’ madwar 5mm. Wara, ittrasferixxi l-karta tal-ħami għal fuq trej tal-ħami, u poġġi kollox fil-friġġ għal madwar 10 minuti.

  3. Oħroġ l-għaġina mill-friġġ u aqta’ l-gallettini. Tinsiex li għandek bżonn żewġ biċċiet għaġina għal kull gallettina. Meta tlesti, erġa poġġihom fil-friġġ għal għaxar minuti.

  4. Saħħan il-forn għal 190°C, u daħħal il-gallettini fil-forn. Wara seba’ minuti, oħroġhom u poġġi ftit caster sugar fuq il-wiċċ. Aħmi għal ħames minuti oħra, u wara ħallihom jiksħu sew.

  5. Meta l-gallettini jiksħu, xerred ftit ġamm fuq nofs il-gallettini, u għattihom bil-gallettini l-oħrajn.  

 

Comments


bottom of page