Gallettini tal-Gingerbread 🍪
- ghalikukoll
- Dec 19, 2024
- 1 min read

✅ Ingredjenti:
6 imgħaref butir imrattab
60ml zokkor kannella
80ml molasses skur
bajda kbira
¾ kuċċarina kannella mitħun
¾ kuċċarina ġinġer mitħun
½ kuċċarina allspice mitħun
½ kuċċarina imsiemer tal-qronfol mitħun
½ kuċċarina baking soda
¼ kuċċarina melħ
400ml dqiq all-purpose
📑 Metodu:
Uża mixer biex tħawwad il-butir u z-zokkor kannella flimkien.
Żid magħhom il-molasses, il-bajda, il-kannella, il-ġinġer, l-allspice, l-imsiemer tal-qronfol, il-baking soda, u l-melħ, u ħawwad sakemm t-taħlita tiġi lixxa.
Żid id-dqiq u erġa ħawwad.
Iksi l-għaġina bl-istretch and seal u poġġiha fil-friġġ għal siegħa.
Saħħan il-forn minn qabel għal 350°Ċ u iksi trej b’karta tal-forn.
Iftaħ l-għaġina biex tiġi madwar ċentimetru ħoxna, u uża cutter tal-gallettini biex taqta’ l-għaġina.
Aħmi l-gallettini fil-forn għal madwar 12-il minuta.
Agħtihom ċans jibirdu kompletament qabel żżejjinhom.
Addattata mis-sit: https://www.youtube.com/watch?v=5YDEZ4bYmJ4&ab_channel=TheStayAtHomeChef
Comments