top of page

Gallettini bil-Peanut Butter u ċ-Ċikkulata 🍪

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jan 23
  • 1 min read

✅ Ingredjenti:

  • 130g peanut butter

  • 130g zokkor

  • bajda kbira (mhux mill-friġġ)

  • kuċċarina essenza tal-vanilla

  • biċċiet żgħar taċ-ċikkulata


 

📑 Metodu:

  1. Saħħan il-forn għal 177˚C

  2. Ħallat tajjeb flimkien il-peanut butter u z-zokkor sakemm it-taħlita tibjad u teħfief. Ħabbat mat-taħlita l-bajda u l-essenza tal-vanilla.

  3. Ifforma blalen żgħar ta’ madwar 2 ċm mit-taħlita. Poġġihom imbegħdin fuq landa tal-ħami miksija b’karta strazza.

  4. Aħmi sakemm il-wiċċ tagħhom juri sinjali li qed jinqasam, madwar 10-12-il minuta.

  5. Immedjatament daħħal biċċa ċikkulata f’kull galletina, aħmi għal 5 minuti oħra u oħroġhom mill-forn.

 

Commentaires


bottom of page