top of page

Figolli Tradizzjonali 🐣

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Apr 10
  • 2 min read

āœ… Ingredjenti għall-għaÄ”ina:

  • 1000g dqiq plain

  • 2 kuċċarini trab tal-ħami

  • 300g zokkor tal-Ä”elu (icing sugar)

  • 450g butir bla melħ

  • qoxra maħkuka ta' 2 lumijiet

  • qoxra maħkuma ta’ Ā 2 larinÄ”iet

  • meraq ta' 2 larinÄ”iet

  • 6 isfra tal-bajd

Ā 

āœ… Ingredjenti għall-mili:

  • 800g lewż pur mithun

  • 640g zokkor tal-Ä”elu

  • qoxra maħkuka ta' 3 lumijiet

  • 5-6 abjad tal-bajd

  • kuċċarina essenza tal-vanilla


āœ… Ingredjenti biex iżżejjen:

  • marzipan

  • Ä”elu

  • ċikkulata

  • boċċi tal-fidda


šŸ“‘ Metodu:

  1. Għarbel id-dqiq, it-trab tal-ħami u z-zokkor tal-Ĕelu fi skutella kbira. Żid il-butir jew il-margerina u agħĔen bil-ponot ta' subgħajk sakemm ikollok taħlita mrammla. Żid il-qxur maħkuk tal-lumi u tal-larinĔ, il-meraq frisk tal-larinĔ u l-isfra tal-bajd u ħawwadhom flimkien sakemm ikollok għaĔina ratba. Geżwer l-għaĔina fil-cling film u kessaħha fil-friĔĔ għal 30 minuta.

  2. Għall-mili, poĔĔi l-ingredjenti kollha flimkien fi skutella kbira u ħawwadhom b'idejk biex tifforma taħlita ratba. Ara li t-taħlita ma tkunx twaħħal.

  3. Meta l-għaÄ”ina tkun keshet u l-mili jkun lest, ibda fforma l-figolli. Iftaħ l-għaÄ”ina fuq wiċċ miksi bid-dqiq għal ħxuna ta' madwar 3⁄4 ċm. Biex taqtagħha uża I-forom tal-ħadid (għandek bżonn 2 forom tal-għaÄ”ina għal kull figolla). Iksi landa bil-karta forno u poĔĔi l-forom fiha.

  4. Imbagħad, iftaħ l-intrita, bħalma tkun għamilt għall-għaĔina, u aqta' forma għal kull figolla.

  5. Idlek ħafif nofs il-forom tal-għaÄ”ina bl-ilma u għatti kull biċċa bl-intrita. Għatti l-intrita bil-forma l-oħra tal-għaÄ”ina biex b'hekk kull figolla jkollha qiegħ tal-għaÄ”ina, saff intrita fin-nofs u wiċċ ieħor tal-għaÄ”ina.

  6. Aħmihom f'temperatura ta' 180°C għal 35-40 minuta, skont id-daqs.

  7. Meta jkunu lesti, oħroÄ”hom mill-forn u ħallihom jiksħu sew qabel taqlagħhom mil-laned. Għall-aħjar riżultat, żejjen il-figolli l-Ä”urnata ta' wara, biċ-ċikkulata, il-marzipan, il-Ä”elu u l-boċċi tal-fidda.

  8. Meta tlesti t-tiżjin u l-Ĕelu jkun għaqad, geżwirhom fil-cling film biex jibqgħu friski.

Ā 

תגובות


bottom of page