top of page

Doughnuts Tradizzjonali 🍩

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Sep 5, 2024
  • 2 min read

Updated: Oct 6, 2024


✅ Ingredjenti:

  • 450g dqiq plain

  • 300g ħalib fietel

  • 175g zokkor

  • 50g butir

  • bajda mħabbta (mhux kiesħa)

  • mgħarfa ħmira instant yeast

  • kuċċarina melħ

  • ftit trab tal-kannella

  • żejt għall-qali

 


📑 Metodu:

  1. Qiegħed il-ħalib fietel ġo skutella. Żid kuċċarina zokkor, il-ħmira u 50g mid-dqiq miegħu u ħawwad tajjeb. Għatti bl-istretch and seal u poġġi t-taħlita f’post sħun biex titla’.

  2. Għarbel il-bqija tad-dqiq ġo skutella kbira. Żid il-butir u ħaddem sakemm it-taħlita tiġi qisha frak. Żid il-melħ, 50g zokkor u ftit trab tal-kannella u ħawwad tajjeb.

  3. Żid it-taħlita tal-ħmira u l-bajda mħabbta. Ħaddem tajjeb għal mhux anqas minn 10 minuti sakemm tifforma għaġina li tkun ratba u elastika.

  4. Erġa’ qiegħed l-għaġina fl-iskutella. Għattiha bl-istrech and seal u ħalliha f’post sħun għal madwar siegħa, jew sakemm tara li telgħet id-doppju fid-daqs.

  5. Roxx ftit dqiq fuq il-mejda tal-kċina, neħħi l-għaġina mill-iskutella u ħaddimha għal 5 minuti.

  6. Jekk se tagħmel id-doughnuts fl-għamla ta’ ċrieki, iftaħ l-għaġina bil-lembuba. L-għaġina ma tridx tkun irqiqa.

  7. Ifforma d-doughnuts. Ikun aħjar jekk ikollok cutter bil-forma tal-qagħaq. Jekk m’għandekx, uża żewġ cutters: waħda kbira u l-oħra żgħira. L-ewwel aqta’ dawra bil-cutter il-kbira u mbagħad neħħi n-nofs b’dik żgħira.

  8. Jekk tippreferihom fil-forma tradizzjonali tagħhom, qishom blalen żgħar, aqsam l-għaġina fi 12-il ballun żgħir.

  9. Qiegħed id-doughnuts fuq pjanċa midluka biż-żejt. Poġġihom ’il bogħod minn xulxin biex ma jeħlux meta jikbru. Qiegħed id-dixx f’post sħun għal 20 minuta biex jikbru.

  10. Saħħan iż-żejt tajjeb. Biex tkun taf jekk saħanx biżżejjed, agħmel biċċa ħobż żgħira fiż-żejt. Din għandha tieħu kulur dehbi fi 30 sekonda.

  11. Bil-mod u bil-galbu ibda aqli għal 3 minuti. B’ħafna attenzjoni dawwar id-doughnuts u kompli aqli min-naħa l-oħra.

  12. Tella’ d-doughnuts miż-żejt, qattarhom tajjeb u poġġihom fuq karta tal-kċina sakemm jinxtorob iż-żejt kollu.

  13. Ferrex il-bqija taz-zokkor fuq platt ċatt. Gerbeb id-doughnuts ġo fih kif ikunu għadhom sħan.

  14. Jekk għamilthom f’forma ta’ ballun, tista’ taqsamhom u timlihom bil-ġamm jew krema wara li jkunu kesħu.

 

Comentarios


bottom of page