top of page

Djar tal-Għasafar 🐦

  • Writer: ghalikukoll
    ghalikukoll
  • Jan 28
  • 1 min read

āœ…Ā Għandek Bżonn:

  • tubu tat-toilet paper

  • spag

  • karti kkuluriti

  • karti b'disinn

  • dekorazzjonijiet

  • kolla

  • imqass



šŸ“‘Ā Istruzzjonijiet:

  1. Iksi t-tubu tat-toilet paper b'karta kkulurita jew iżbogħ ir-roll biż-żebgħa.

  2. Aqta' forma ta' tieqa fin-nofs tar-roll bl-użu ta' imqass.

  3. Minn karta b'disinn aqta' forma ta' ċirku b'dijametru ta' 14ċm u aqtgħu min-nofs. Ilwiħ f'forma ta' kon sabiex tifforma saqaf.

  4. Aqta’ biċċa spaga u għamel għoqda minn taħt. Waħħal is-saqaf mat-tubu bil-kolla.

  5. Żejjen id-dar tal-għasafar billi twaħħal dekorazzjonijiet, buttuni u forom oħrajn.



Addattata minn: Sagħtar Marzu 2021 pĔ 23


Comments


bottom of page